top of page

Kif tikseb test tat-tqala

Testijiet tat-tqala ta’ sensittività għolja huma disponibbli mill-ispiżeriji kollha u l-biċċa l-kbira tas-supermarkers f’Malta u Għawdex. Normalment iqumu bejn 10 u 15 EUR. Jekk ma tistax tikseb test tat-tqala għal kwalunkwe raġuni, nistgħu ngħinuk tikseb wieħed b'xejn billi nagħmlu ordni onlajn għalik. Imbagħad tirċievi t-test tat-tqala bil-posta reġistrata.

Jekk għandek bżonn test tat-tqala b'xejn, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Importanti: L-FPAS għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni preċiża u affidabbli skond il-kapaċitajiet tal-voluntiera tagħna. Madankollu, il-parir tal-FPAS mhuwiex parir mediku formali, u m'għandux jitqies bħala tali. Jekk trid parir mediku formali għandek tkellem lit-tabib tiegħek. Nistgħu nirreferuk ukoll għal tobba magħrufa magħna jekk tixtieq.

bottom of page