Dak li Noffru
FPAS hija inizjattiva ta' tliet organizzazzjonijiet volontarji bbażati f'Malta:
Doctors for Choice (Malta), il-Women's Rights Foundation, u Women for Women.
F'Malta, fejn id-drittijiet riproduttivi għadhom lura kumparat ma' dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej, in-nisa jistgħu jsibuha diffiċli biex jiksbu informazzjoni affidabbli u imparzjali dwar l-għażliet riproduttivi. L-FPAS għandu l-għan li jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom. FPAS jipprovdi:
-
Informazzjoni lil nisa* tqal dwar għażliet fit-tqala inklużi l-abort u servizzi ta' appoġġ fit-tqala. Aħna nistgħu wkoll nirreferuk għal Abortion Support Network jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja. Jekk tixtieq tkompli t-tqala nistgħu niddiskutu għażliet oħra bħal addozzjoni. Aħna favur l-għażla u nappoġġjaw lin-nisa kollha, tkun xi tkun l-għażla tagħhom.
-
Informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar kontraċezzjoni, u għinuna għal dawk li ma jaffordjawx kontraċezzjoni.
-
Pariri u appoġġ minn voluntiera u professjonisti mħarrġa.
-
Is-servizzi tagħna huma kollha b'xejn.
-
Aktar servizzi jistgħu jitħabbru fil-futur, għalhekk jekk jogħġbok ibqa' segwina.
* Għalkemm kultant nużaw it-terminu "nisa" biex nirreferu għall-klijenti tagħna, aħna noffru minn qalbna s-servizzi tagħna lin-nies kollha ta' kull orjentazzjoniji sesswali u identita' tal-ġeneru.