Kliniki tal-Abort
Din hija lista ta’ kliniki u organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi tal-abort, u joffru s-servizzi tagħhom lil nisa minn Malta. Ħafna minn dawn il-kliniki jinsabu viċin l-ajruporti u l-istazzjonijiet tal-ferrovija jew tax-xarabank.
Ħafna minn dawn il-kliniki jitolbu prezzijiet imraħħsa lil nisa li jivvjaġġaw minn pajjiżi fejn l-abort huwa illegali u wħud mill-kliniċi Ingliżi jipprovdu servizz ta’ taxi mill-eqreb ajruport jew stazzjon tal-ferrovija.
Jekk għandek bżonn għajnuna biex tħallas għal abort barra minn Malta, jew tixtieq għajnuna biex tibbukkja titjiriet u akkomodazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Abortion Support Network fuq 27780991 jew 20341685.
L-INGILTERRA
(Qis li għandek passaport validu biex tidħol fl-Ingilterra.)
British Pregnancy Advisory Service (BPAS)
Tel: +44 1789 416 569
London (West, East and South) Liverpool, Leamington Spa, Birmingham and other UK locations
South Manchester Private Clinic (NUPAS)
Tel: +44 1614 872 660
Marie Stopes International
Tel: +44 3453 003 737
Joffru ukoll servizzi lil dawk b'dijansjosi ta' anomalija fil-fetu (fatal fetal anomaly).
L-OLANDA
(ID Card hija biżżejjed biex tidħol fl-Olanda).
Vrelinghuis Utrecht (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Website: www.vrelinghuis.nl
Tel: +31 302333542
Joffru trattamenti sa 22 ġimgħa tqala.
Stichting Abortuskliniek Amsterdam (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Website: abortuskliniek-amsterdam.nl
Tel:+31 206932151
Joffru trattamenti sa 18 ġimgħa tqala.
Bloemenhove in Heemstede (L-eqreb ajruport: Amsterdam)
Website: www.bloemenhove.nl
Phone: +31 235289890
Joffru trattamenti sa 23 ġimgħa tqala.
SPANJA
(ID Card hija biżżejjed biex tidħol fi Spanja)
Ginesur, Clínica Algeciras/Campo De Gibraltar
C/ Juan González, 3, 11204 Algeciras
Tel: +34 956 61 24 65
Web: https://ginesur.com/ginesur-campo-de-gibraltar/
Ginesur, Clínica Málaga Centro Medico
C/ Andalucía nº 18 29009, Malaga
Tel: +34 952 39 22 22
Web: https://ginesur.com/centro-medico-2002-malaga/
Ginecenter Malaga
Calle Alemania, 15, 29001, Málaga
Tel: +34 952 30 47 16
Għandek tqala mhux mixtieqa jew mhux ippjanata u tixtieq tkellem lil xi ħadd? Trid tiddiskuti l-għażliet kollha tat-tqala, inkluż l-abort, ma' xi ħadd li huwa favur l-għażla? Ċemplilna jew uża ċ-chat fin-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin.
Mistoqsijiet Frekwenti
Nippreferi nagħmel abort fi klinika milli d-dar. X'inhuma l-għażliet tiegħi?
M'hemm l-ebda klinika tal-abort leġittima f'Malta u allura jkollok tivvjaġġa barra minn Malta. Id-destinazzjonijiet tas-soltu għan-nisa f’Malta huma l-Ingilterra (ir-Renju Unit) u l-Olanda. L-Italja kienet popolari fil-passat imma żomm f'moħħok li l-limitu tall-abort fl-Italja huwa biss ta' 90 jum tqala. Tista 'ssib lista ta' kliniċi tal-abort hawn.
Kif isir abort kirurġiku fi klinika?
Għal tqala sa 14-il ġimgħa, isir b'loppju lokali u jinvolvi l-użu ta' tubu zgħir li jintuża biex tinġibed it-tqala mil-utru. Għal din il-proċedura tista' tistenna li tkun fil-klinika għal ftit sigħat.
Lil hinn minn 14-il ġimgħa ser ikollok bżonn tattendi l-ġurnata ta' qabel għal preparazzjoni tal-utru, u fil-jum tal-proċedura ċ-ċerviċi tiġi mwessa u t-tqala titneħħa b'forceps taħt loppju ġenerali. Għal din il-proċedura tista' tistenna li tkun fil-klinika għal ġurnata sħiħa.
Kemm jiswa abort kirurġiku fil-klinika?
Aspirazzjoni (sa 14-il ġimgħa tqala) ġeneralment tiswa madwar 800 Euro. Dilatazzjoni u evakwazzjoni (lil hinn minn 14-il ġimgħa tqala) ġeneralment tiswa bejn 1,500 u 2,000 Euro. Żomm f'moħħok li jkollok tħallas ukoll għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni.
Ftakar li jekk m'għandekx imnejn tħallas l-ispejjeż kollha, Abortion Support Network ikunu jistgħu jgħinuk.
Kemm tirkupra malajr minn abort kirurġiku?
Normalment tirkupra malajr u ħafna nisa jerġgħu lura għax-xogħol wara ġurnata jew tnejn. Id-demm wara abort kirurġiku tista' jkompli ħiereġ għal 1-2 ġimgħat u ġeneralment jixbah perjodu normali. Id-demm ġeneralment tkun inqas milli wara abort mediku (abort bil-pilloli), u xi nisa jesperjenzaw biss ftit tbajja sal-period li jmiss.
Meta nista' nivvjaġġa wara abort kirurġiku?
Għandek tevita l-ivvjaġġar għal mill-inqas 24 siegħa wara li jkollok abort kirurġiku.